Hemm diversi modi kif wieħed jista’ jibbenefika mill-fergħa tal-EaSI, anke mingħajr ma ssir applikazzjoni għal għotjiet jew offerti. Il-persuni interessati jistgħu jieħdu sehem f’konferenzi u avvenimenti oħrajn miftuħin għall-pubbliku organizzati mill-Kummissjoni, mill-benefiċjarji tal-EaSI u oħrajn. Avvenimenti bħal dawn huma mogħtijin prominenza fuq dan is-sit web fit-taqsima “Aħbarijiet” kif ukoll fuq il-paġna tal-Portal ta’ Finanzjament u Offerti FSE+ EaSI fit-taqsima “X’hemm ġdid”.
Barra minn hekk, wieħed jista’ javviċina lill-benefiċjarji tal-EaSI direttament biex jitgħallem aktar dwar l-attivitajiet tagħhom billi jżur it-taqsima “Proġetti u Riżultati” fil-paġna tal-Portal ta’ Finanzjament u Offerti tal-FSE+ EaSI, kif ukoll fuq dan is-sit web billi jikklikkja “Proġetti”.
Barra minn hekk, peress li l-fergħa tal-EaSI għandha l-għan li tibni fuq il-ħtiġijiet soċjali, hi tfittex feedback attiv mill-partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni torganizza djalogi strateġiċi ma’ organizzazzjonijiet ewlenin fil-livell tal-UE li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili membri tagħhom fl-oqsma tal-impjiegi u soċjali.
Il-Grupp ta’ Ħidma Tekniku tal-EaSI hu magħmul mill-Kummissjoni Ewropea u rappreżentanti tal-gvern tal-Istati Membri, kif ukoll minn pajjiżi terzi assoċjati mal-fergħa. Hu jissorvelja li l-vuċi tal-partijiet ikkonċernati ewlenin tinstema’ meta jkunu qed jitħejjew il-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-EaSI. Dan il-Grupp ta’ Ħidma tal-EaSI jiddiskuti wkoll l-aspetti tal-implimentazzjoni tal-fergħa tal-EaSI. Tista’ tinkiseb aktar informazzjoni dwar l-EaSI fil-paġna ta’ pajjiżek.
Il-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-fergħa tal-EaSI elenkati kull sena jistgħu jinstabu billi tikklikkja hawnhekk.
Dawn il-programmi ta’ ħidma jippreżentaw l-attivitajiet (sejħiet għal proposti, akkwisti, eċċ.) li għandhom jiġu implimentati fis-sena/snin li ġejja/ġejjin.
It-tim tal-EaSI fid-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea jista’ jiġi kkuntattjat permezz b’email fuq: EMPL-EaSI@ec.europa.eu