Skip to main content
Fond Soċjali Ewropew+
Project2022-02-18

Is-servizz ibbażat fid-dar jgħin lill-familji fil-bżonn jibqgħu flimkien

family in therapy

Il-familji fi kriżi qed jerġgħu jingħaqdu u jiġu rrikonċiljati, bis-saħħa ta’ servizz ta’ terapija tal-familja ffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew f’Malta.

Is-Servizzi Terapewtiċi Bbażati fid-Dar (HBTS) jiġu offruti lil familji li jesperjenzaw kwistjonijiet relatati mal-vjolenza, il-faqar, l-abbuż, il-mard fiżiku u mentali, kif ukoll sitwazzjonijiet relatati mal-abbuż u n-negliġenza tat-tfal..  

Magħruf bħala “servizz tal-aħħar istanza”, il-mudell ta’ “preservazzjoni tal-familja” huwa l-qofol għas-suċċess tal-proġett. Il-mudell jiffoka fuq l-indirizzar dirett tar-riskji għat-tfal, bil-għan li jgħinhom jibqgħu mal-familji tagħhom minflok ma jitqiegħdu xi mkien ieħor.

Kif jgħid wieħed mill-Koordinaturi tal-HBTS, “Aħna nilħqu dawk meqjusa bħala mhux aċċessibbli u nikkonslaw dawk li ma jistgħux jiġu kkonslati. Aħna l-vuċi ta’ min hu bla leħen u l-ispalla għal min iħossu dgħajjef”.

Il-familji bi ħtiġijiet kumplessi spiss ma jkunux involuti f’appoġġ ibbażat fuq il-kunċett ta’ uffiċċju. Għalhekk, il-membri tat-tim tal-HBTS jaħdmu ma’ familji fid-djar tagħhom, flimkien ma’ servizzi offruti f’għadd ta’ ċentri komunitarji.

Luana Aquilina, il-Maniġer tal-HBTS tgħid: L-ilħna tal-“klijenti” tagħna jitqiegħdu fuq quddiem nett tal-ħidma tagħna. Il-ħiliet, l-għarfien u l-istamina tal-membri tat-tim tagħna huma strumentali biex jagħtu s-setgħa lill-klijenti.”

Dan l-approċċ iffukat fuq il-persuna mhux biss iżid il-probabbiltà li l-familji vulnerabbli jinvolvu ruħhom mas-servizz, iżda jiżgura wkoll li l-interventi offruti mit-tim tal-HBTS jipprovdu għall-ħtiġijiet uniċi ta’ kull familja. Skont ir-rekwiżiti tagħhom, il-familji jista’ jkollhom bżonn appoġġ intensiv minn sa erba’ professjonisti għal ftit sigħat fil-ġimgħa.

Huwa ċar li l-approċċ qed jaħdem. Mit-tnedija tas-servizzi terapewtiċi bbażati fid-dar, in-numru ta’ Ordnijiet għall-Ħarsien maħruġa f’Malta naqas – u aktar familji qed jibqgħu flimkien.

Il-klijenti kienu entużjasti dwar il-fokus tal-proġett li jippermetti biddla, “Issa naf ħafna affarijiet li qabel ma kontx naf dwar it-trobbija. Dan biddel il-fehma tiegħi, il-perspettiva tiegħi – kollox... Jien grat ħafna għas-servizz komunitarju, il-ħaddiema tal-każ tiegħi – li kollha kemm huma għamlu dan possibbli. Biddilni mmens. Għamilli ħajti importanti għalija u għal uliedi.”

Project details

Project name
Servizzi Terapewtiċi Bbażati fid-Dar (attività fi ħdan il-FSE.02.063 - Għarfien, Taħriġ, Komunikazzjoni u Miżuri ta’ Appoġġ għall-Appoġġ ta’ Gruppi Vulnerabbli)
Pajjiżi
Malta
Organizzazzjoni
FSWS (Foundation for Social Welfare Services) – partner organisation of project beneficiary MSFC (Ministry for Social Justice and Solidarity, The Family and Children's Rights)
Parteċipanti
628 on December 2020
Project start
2017
Project end
2021
Contact details
Thomas Galea
thomas.galea@gov.mt
+356 23345121
Total budget
€2 548 311
EU Budget contribution
€2 038 649